L-Amnesty International ħadmet video (xokkanti) li fih jidher re-enactment ta’ mezz ta’ tortura li l-Amerikani qegħdin jużaw fuq nies li qatgħuhom terroristi. Jekk għandek l-istonku tista’ tara l-video hawn isfel.
Ix-xokk jikber meta tiftakar li din it-tortura mhux biss qiegħda sseħħ fl-era tal-liberta’ u tad-drittijiet umani, imma li qiegħda ssir bil-barka ta’ xiħadd li saħansitra, fil-privatezza ta’ l-uffiċċju tiegħu talab mal-Papa għall-bżonnijiet tal-familja.
L-ilma, xi darba, kien simbolu tal-ħajja. Użawh diversi reliġjonijiet, diversi poeti, diversi artisti. In-nuqqas tiegħu qajjem kunflitti u ġlidiet kbar; qajjem kuxjenzi wkoll. Tħares lejh minn liema lat trid, l-ilma dejjem ħarisna lejh bi gratitudni, b’rispett u b’reverenza. Imma, it-teknokrati tat-terrur u tat-tortura, ittradew it-tradizzjoni. Il-qtar ta’ l-ilma sar martirju għal dawk li jsibu rwieħhom mimdudin fuq mejda iebsa, b’idejhom u saqajhom marbutin, b’ħalqhom miftuħ beraħ, b’għonqhom magħfus, b’għajnejhom imberrqin u b’nifishom maqtugħ.
Jekk għandek l-istonku, ara l-video. U jekk għandek ruħ agħfas il-link ta’ taħt. Uri d-diżapprovazzjoni. Uri li int ċittadin denju tal-pjaneta, membru umli ta’ l-umanita’.

Manuel, dil-bloggata tant ghogbitni li tellghajt traduzzjoni ta’ malajr fuq il-website tal-Legal Research Society tal-Universita` ta’ Aberdeen: http://law-research.blogspot.com. Ikolli niskuza ruhi tal-izbalji u n-nuqqas ta’ poezija fit-traduzzjoni – jekk joghgbok ghidli jekk tkun trid tikkoregi xi haga fit-traduzzjoni.
Justin, grazzi hafna: tat-traduzzjoni u ta’ l-interess. Grazzi.
Nipprotesta kontra kull tortura LI issir għalxejn.
Sadanittant, jekk għandkom stonku eħrex milli kellkom biex taraw it-tortura ippostjata hawn fuq, araw ftit xi torturi dokumentati li jwettqu dawk li kontrihom jintuża l-waterboarding. U qabblu ftit.
http://www.thesmokinggun.com/archive/years/2007/0524072torture1.html
Dear Immanuel,
this Friday the 13th of June 2008 at 8.00pm there shall be a meal organized for bloggers, their families and friends.
If you like you are also invited to join us for this meal.
The meal shall be held at the San Remo Restaurant in Main Street, Mosta. Details about the menu, location and a lot of other details can be found on my web-site: http://www.sandrovella.org.
If you would like to book your meal then call now on 79460527 or send me an e-mail at info@sandrovella.org.
You’re invited and you can bring whoever you like with you, especially fellow bloggers or your readers.
Kind regards,
Sandro Vella
Somehow i missed the point. Probably lost in translation
Anyway … nice blog to visit.
cheers, Abetter.