Għandu ħarsa u xeħta ta’ filosfu. Tarah taħsbu xi eżistenzjalista jew xi ħassieb kritiku qiegħed jagħti taħdita. Għandu ħarsa u xeħta intellettwali, imma fil-fatt huwa l-ex-kowċ nazzjonali tar-Repubblika Ċeka.
Magħruf għad-dehra partikolari tiegħu (li għalija hija dehra tipika Slava), speċjalment xagħru fiddien u l-ħarsa ta’ l-azzar li jagħti, Karel Bruckner jersaq lejn il-logħba tal-football bl-istess attitudni li l-filosfi l-kbar tas-seklu għoxrin ħadu għat-testi ċelebri tagħhom.
Wara l-eliminazzjoni drammatika tat-team tiegħu mit-Turkija l-Ħadd li għadda, Bruckner ta r-riżenja tiegħu, kif kien deċiż li jagħmel wara dan it-tournament Ewropew. L-aħħar kliem tiegħu lill-ġurnalisti jixhdu l-qafas mentali ta’ dan l-istilla Ċeka: “Il-football huwa logħba sabiħa, mhux kattiva. It-telfiet imġarrba huma ħaġa waħda mar-rebħiet kbar. Il-football ma jeżistix mingħajr dawn iż-żewġ naħat. Dan huwa kumpless wieħed li huwa speċifiku għal din il-logħba u lili ma jdejjaqnix, għax hekk biss nistgħu nagħtu l-emozzjoni lil din il-logħba.”
B’dawn il-kelmiet Karel Bruckner temm il-konferenza stampa u ġibed il-ħabel tas-siparju ta’ karriera twila. Nimmaġina li mil-lum, Bruckner intefa’ fid-dar tiegħu f’Olomouc, jilgħab iċ-ċess u jifraħ b’ulied uliedu. Sbohem, Karle!

The blog post “Karel” is featured on Maltamedia: The Maltese Blogosphere
- Nominate blog post of the month –
Siparju magħluq b’filosofija li tagħmel ġieħ lil-logħba s-sabiħa. Skond hawnhekk http://www.guardian.co.uk/football/feedarticle/7592538, jidher li Domenech ried jiffilosizza ukoll l-eliminazzjoni umiljanti tat-tim tiegħu, u wara fakkar li bħalissa qiegħed jaħseb biss fiż-żwieġ tiegħu ma’ preżentatura tat-televiżjoni Franċiza.
Waqt dan kollu x’aktarx Bill Shankly li darba qalilna li l-futbol mhux kwistjoni ta’ ħajja jew mewt imma ħafna aktar minn hekk, tqalleb għal darba oħra fil-qabar tiegħu.
Hi! I was surfing and found your blog post… nice! I love your blog.
Cheers! Sandra. R.