Skip to content

Karel

17 June, 2008

Karel Bruckner - Getty Images

Għandu ħarsa u xeħta ta’ filosfu. Tarah taħsbu xi eżistenzjalista jew xi ħassieb kritiku qiegħed jagħti taħdita. Għandu ħarsa u xeħta intellettwali, imma fil-fatt huwa l-ex-kowċ nazzjonali tar-Repubblika Ċeka.

Magħruf għad-dehra partikolari tiegħu (li għalija hija dehra tipika Slava), speċjalment xagħru fiddien u l-ħarsa ta’ l-azzar li jagħti, Karel Bruckner jersaq lejn il-logħba tal-football bl-istess attitudni li l-filosfi l-kbar tas-seklu għoxrin ħadu għat-testi ċelebri tagħhom.

Wara l-eliminazzjoni drammatika tat-team tiegħu mit-Turkija l-Ħadd li għadda, Bruckner ta r-riżenja tiegħu, kif kien deċiż li jagħmel wara dan it-tournament Ewropew. L-aħħar kliem tiegħu lill-ġurnalisti jixhdu l-qafas mentali ta’ dan l-istilla Ċeka: “Il-football huwa logħba sabiħa, mhux kattiva. It-telfiet imġarrba huma ħaġa waħda mar-rebħiet kbar. Il-football ma jeżistix mingħajr dawn iż-żewġ naħat. Dan huwa kumpless wieħed li huwa speċifiku għal din  il-logħba u lili  ma jdejjaqnix, għax hekk biss  nistgħu  nagħtu  l-emozzjoni lil din il-logħba.”

B’dawn il-kelmiet Karel Bruckner temm il-konferenza stampa u ġibed il-ħabel tas-siparju ta’ karriera twila. Nimmaġina li mil-lum, Bruckner intefa’ fid-dar tiegħu f’Olomouc, jilgħab iċ-ċess u jifraħ b’ulied uliedu. Sbohem, Karle!

Advertisements

From → Nies

4 Comments
  1. Siparju magħluq b’filosofija li tagħmel ġieħ lil-logħba s-sabiħa. Skond hawnhekk http://www.guardian.co.uk/football/feedarticle/7592538, jidher li Domenech ried jiffilosizza ukoll l-eliminazzjoni umiljanti tat-tim tiegħu, u wara fakkar li bħalissa qiegħed jaħseb biss fiż-żwieġ tiegħu ma’ preżentatura tat-televiżjoni Franċiza.

    Waqt dan kollu x’aktarx Bill Shankly li darba qalilna li l-futbol mhux kwistjoni ta’ ħajja jew mewt imma ħafna aktar minn hekk, tqalleb għal darba oħra fil-qabar tiegħu.

  2. Hi! I was surfing and found your blog post… nice! I love your blog. 🙂 Cheers! Sandra. R.

  3. Sign: zdbrw Hello!!! astek and 4879czxfsxaxtu and 3276 : Hi! I was surfing and found your blog post! nice! I just came across your blog and wanted to say that Ive really enjoyed it.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: