Skip to content

Fuq (Wara) l-Għajn ta’ San Bastjan

9 July, 2008

Tħabbret il-mewt ta’ Kilin. Mgħobbi bis-snin u b’karriera twila fil-kitba. Ma nistax ngħid li kien xi kittieb favorit tiegħi. Qrajt Fuq il-Għajn ta’ San Bastjan ħafna snin ilu meta kien parti mis-sillabu fl-iskola sekondarja u x’aktarx li kien hemm għax il-ktieb jitkellem ħafna fuq ir-Rabat (appuntu t-titlu) u aħna konna mmorru l-iskola r-Rabat. Qrajt xi affarijiet oħrajn aktar tard.

Madankollu ma nistax ma nammirax l-istamina li kellu. Baqa’ jikteb sa l-aħħar, jew kważi. Li tqatta’ għomor twil ħafna bħalma kellu Kilin tikteb hija ħolma ta’ ħafna kittieba imma mhijiex ħolma li sseħħ dejjem. U allura, meta quddiemek ikollok bniedem li baqa’ jipproduċi ma tistax ma tammirahx.

Ktibt din-nota b’rispett lil dan ir-raġel li ta kontribut mhux biss lil-letteratura Maltija (klixe’ li se nisimgħuha fl-aħbarijiet tal-lejla) imma lill-karattri ħafna drabi mhux fittizji li kiteb dwarhom. Kilin kien wieħed mill-ewwel kittieba li esprima impenn ambjentali u preokkupazzjoni bil-mod kif dan l-ambjent kien qiegħed jiġi kkalpestat.

ps Fil-aħbar berqa, it-Times kitbu li wieħed mill-aktar xogħlijiet magħrufa ta’ Kilin kien WARA L-GĦAJN TA’ SAN BASTJAN. X’faqar ta’ ġurnal! Seta’, min kiteb ir-rapport ta’ erba’ linji, ifittex ftit biex jara x’kien jismu eżattament dan il-ktieb tant moqri! Nittama li rranġaw l-iżball.

Advertisements

From → Din l-Art Ħelwa

6 Comments
  1. Biex nghidlek, dal-ghodu hsibtni ghadni nofsni rieqda meta qrajt it-titlu. Imbaghad gejt f’dubju ghax ilu hafna zmien li qrajtu dak il-ktieb… fil-fatt cempilt ‘l ommi u qaltli li ghandi ragun… u ommi ttini ragun hija xi haga verament rari!

  2. Qed nara nsibx il-kopja tieghi, imma nahseb li ilha li nsterqet minn xi neputi/ja s-snin!

  3. Keith Azzopardi permalink

    It-tnej’ jezistu…’Wara l-Ghajn ta’ San Bastjan’ huwa s-sequel ta’ ‘Fuq…..’

  4. rachel permalink

    lol tistaw tispjegaw x et tajdu hij
    .;

  5. Charlie Attard permalink

    Ghadni kif spiccajt naqra l”wara L-Ghajn ta’ San Bastjan” ..Ktieb eccellenti, u jghati stampa tal hajja fi zmien ghoxrinijat .. tassew interessanti ..kemm kienet hajja semplici, u titpaxxa bin-natura li kella Malta ..li il-lum issiba biss fil kotba. Fli-stess hin ukoll turi wkoll kemm kienet emfasizata ir-religion .. b’dana kollu l-hajja tad-divertiment ma kienetx nieqsa.

  6. PAUL permalink

    vera sabieh u bhalissa qed naqrah u ghada ezami

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: