Skip to content

Il-Media

10 April, 2008

Il-każ ta’ Max Mosley reġa’ qajjem diskussjoni fuq it-tabloids Ingliżi, speċjalment il-verżjonijiet online tagħhom, dwar safejn għandha dritt tasal il-media.

Ma nimmaġinax li hawn xiħadd li ma semax bil-każ ta’ Mosley u bil-logħob sesswali tiegħu. Video ta’ waħda minn dawn il-logħbiet spiċċa fuq in-News of the World u min-News of the World spiċċa fuq kull fil ta’ l-internet li jxandar l-aħbarijiet. In-News of the World, li tħobb tippubblika dawn, ikkundannat lil Mosley għall-“perverżjonijiet sesswali” tiegħu. Miniex se nidħol fil-mertu jekk Mosley huwiex pervers jew jissodisfax is-sesswalita’ tiegħu b’modi kreattivi; id-dinja perversa hija reġjun mudlam ħafna u diffiċli taqta’ linji bejn perversita’ u kreattivita’. Ngħid għalija ddarrast bil-parodija ta’ Auschwitz, u kont naf Mosley bin min kien u bit-tendenzi politiċi tiegħu.

Il-mistoqsija hija jekk il-media għandhiex id-dritt ixxandar il-logħob sesswali ta’ nies li qegħdin jieħdu gost fil-privat fil-paġni tagħha.

U l-mistoqsija l-oħra hija: kemm għandha dritt tkun b’saħħitha l-media? Minn meta bdejna nippretendu li l-media hija ‘untouchable’? Minn meta bdejna nħossu li kull tip ta’ ċensura huwa kundannabbli? U għala naħsbu hekk? X’kien dak il-proċess li wassal biex il-media ssir sagra aktar mir-reliġjon? Il-każ tal-karikaturi tal-Profeta wera li saħasitra l-karikaturi saru sagri aktar mill-profeti u l-allat.

L-istess proċess jidher li seħħ jew qiegħed iseħħ f’Malta. It-tħejjijiet għall-elezzjoni ta’ kap Laburista ġdid qegħdin jiġu segwiti, jekk mhux ukoll skurtinizzati, mill-mezzi tax-xandir lokali, uħud aktar minn oħrajn. Għax il-kap elettorali Laburista, f’kummenti li ta, fettillu jgħid li ċerti ħwejjeġ marbutin ma’ din l-elezzjoni huma “affarijiet interni tal-Partit” ġie akkużat b’ċensura u b’għeluq; u l-akkużi skuraw aktar meta l-istess proxxmu fettillu jorbot lil dawk li beħsiebhom jikkontestaw għall-kariga li ma jitkellmux mal-mezzi tax-xandir. B’reazzjoni għal dan bdew għaddejjin akkużi ta’ dittatorjati, retrogradazzjoni, għeluq u x’naf jien. Lill-media trid tgħidilha kollox, anki ma’ min torqod bil-lejl, u jekk ma tgħidilhiex ibqa’ fiċ-ċert li tkun taf xorta waħda.

Li niskanta huwa li ċerti rkejjen, ngħidu aħna ċerti bloggs li jkunu prontissimi jikkritikaw lil-Labour għax “mhuwiex miftuħ”, għadhom ma semmew xejn dwar il-każ ta’ Pullicino Orlando. Donnu li f’ċerti każi l-media tagħmel sew tibqa’ b’ħalqha magħluq. Nixtieq naf x’reazzjoni se jkun hemm għall-fatt li l-bieraħ Lawrence Gonzi kellu laqgħa ma’ l-uffiċjali tal-MEPA u, oħroġ il-għaġeb, Gonzi li jemmen bit-trasparenza u l-bloggs u l-komunikazzjoni bl-internet, irrifjuta li jagħti kummenti lill-media. U dawk il-bloggs li ma ħarġu jgħidu xejn fuq il-każ JPO (ħlief għal serje ta’ apoloġiji QABEL l-elezzjoni) għadhom (sal-ħin li qed tinkiteb dil-bloggata) ma ħarġu jgħidu xejn fuq l-attitudni magħluqa ta’ Gonzi fir-rigward tal-każ JPO/Mistra.

Il-kontroll ta’ l-imħuħ jista’ jsir anki permezz tas-silenzju, m’għandniex xi ngħidu. U kif wera Foucault, il-ftuħ u l-liberta’ fil-kelma (mhux tal– kelma) jistgħu jkunu wkoll mezz effikaċi ta’ kontroll.

From → media

5 Comments
  1. It-tnejn ghandhom taghhom man. It-tnejn qeghdin ponta m’alla.

    Mur prova hudilhom ktieb tieghek lil tal-ONE TV biex tadattah drama ha tara kif jittrattawk. Jekk jaghmluh kull ma jhallu l-kliem hazin biss u addio s-suggett li provajt taghmel.

    u ghalhekk il-PN ghadu qed jaghmel li jrid. Habba dad-djuq tal-labour. Il-bloggs genwini qeghdin jibku biex il-labour jinfetah u ghalhekk l-attenzjoni tmur fuq il-genwin li jikritika l-labour. U l-labour izjed kemm ha jdum biex jinfetah izjed se jaqla’ daqqiet li iebsa johrog haj minnhom.

    Huwa tajjeb li kulhadd jobzoq lil labour sakemm jifthu l-bieb, forsi xi darba jaqtghu qalbhom u jkollna alternattiva serja fejn nies bhal JPO ingibuhom centezmi.

  2. ………niggarantilek li tan-NET jaccettawh ktieb tieghek.

    Dawk jafu x’ghandhom jaghmlu. Lil laburist genwin ma jitrattawhx ta’ zibel. U jistghu jakkwistaw is-simpatija tieghu. In-nazzjonalisti jaqduk fuq ic-cucati. Dik hija l-verita’. Il-laburist jaghti bis-sieq lil siehbu jaf.

  3. Bloggata eccellenti. Jew blobbata eccellenti insomma…

  4. My congratulations Immanuel,

    Somebody voted for this blog post.

    This vote is valid for the blog of the month (April 2008) and also for the blog of the year (2008) .

    The reflection posted by the voter:

    Comeback tajjeb tal-blobb. Il-blogger fiehem il-hsibijiet tieghu dwar il-media f’mod car, u kien kritiku lejn il-blogosfera Maltija wkoll. Jekk irridu li l-blogosfera taghna timxi il-quddiem ghandna bzonn nisimghu mill-kritika tan nies, bloggers inkluzi. Pass fid-direzzjoni it-tajba.

    http://www.sandrovella.org

    Rules of competition: CLICK HERE

  5. My congratulations Immanuel,

    Somebody voted for this blog post. This vote is valid for the blog of the month (April 2008) and the blog of the year (2008).

    The reflections submitted by the voter:
    Comeback tajjeb tal-blobb. Il-blogger fiehem il-hsibijiet tieghu dwar il-media f’mod car, u kien kritiku lejn il-blogosfera Maltija wkoll. Jekk irridu li l-blogosfera taghna timxi il-quddiem ghandna bzonn nisimghu mill-kritika tan nies, bloggers inkluzi. Pass fid-direzzjoni it-tajba.

    http://www.sandrovella.org
    Rules competition: http://www.sandrovella.org/blogrules.html

Leave a reply to Sandro Vella Cancel reply